GSSE Malta 2023 Sport

GSSE Malta 2023 | Team Malta jirbaħ l-20 midalja tad-deheb…din id-darba fl-isquash

Malta għadha kemm rebħet l-20 midalja tad-deheb f’din l-edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li qed isiru f’pajjiżna, b’tmienja minn dawn intrebħu matul il-ġurnata tal-llum. It-tim tal-irġiel tal-isquash rebaħ il-finali deċiżiva kontra Liechtenstein bl-iskor ta’ 3-1, biex ksibna d-deheb.

It-tim Malti f’din il-finali kien iffurmat minn Niall Engerer, Kijan Sultana, Daniel Zammit Lewis u Bradley Hindle Deguara.