GSSE Malta 2023 Sport

GSSE | Malta tirbaħ żewġ midalji tad-deheb oħra fl-għawm

Kyle Micallef (Ritratt ta' Martin Agius)

Aktar aħbarijiet sbieħ mid-diversi kumplessi sportivi f’Malta, waqt id-19-il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar hekk kif fl-għawm, Malta għadha kemm rebħet żewġ midalji oħra tad-deheb permezz tal-għawwiema Kyle Micallef u Georgia Kate Bohl.

Micallef rebaħ id-deheb fil-50 metru freestyle b’ħin ta’ 22.68 sekondi. Bohl reħet id-deheb fil-100 metru breaststroke tan-nisa meta għamlet ħin ta’ minuta, 9.49 sekondi. B’hekk din kienet it-tieni midalja tad-deheb għal Malta fl-għawm illum u t-tielet waħda s’issa f’dawn il-logħob.