Lokali

Il-Gvern ikkritikat dwar nuqqas serju; il-każ jista’ jitressaq quddiem il-Qorti Ewropea

Illum, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tibgħat opinjoni motivata lil Malta (INFR(2021)2133) talli naqset milli tapplika id-Direttiva dwar l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti (id-Direttiva 2014/49/UE) b’mod korrett.

Minbarra l-mezzi finanzjarji disponibbli tagħhom biex jissodisfaw ċertu livell fil-mira, l-iskemi nazzjonali ta’ garanzija tad-depożiti jrid ikollhom arranġamenti ta’ finanzjament alternattivi adegwati biex jiksbu finanzjament fuq terminu qasir f’każ li jkollhom bżonn iħallsu l-garanzija lid-depożitanti. Dan mhuwiex il-każ f’Malta.

Din is-sitwazzjoni xxekkel ir-reżiljenza finanzjarja tal-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti Maltija u, fl-aħħar mill-aħħar, il-ħarsien offrut lid-depożitanti. Malta naqset milli tittrasponi id-Direttiva b’mod korrett fl-ordni legali nazzjonali tagħha u issa għandha xahrejn biex twieġeb u tieħu l-miżuri meħtieġa. Inkella, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tressaq il-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.