Internazzjonali

Il-Portugall: Il-materjal misjub mhux bilfors li jitfa’ dawl fuq l-għajbien ta’ Madeleine

Għadu kmieni wisq għal konferma dwar jekk il-‘materjal ġdid’ li nstab mill-pulizija għandux konnessjoni speċifika ma’ Madeleine McCann, it-tifla Britannika li, fl-età ta’ tlett snin, sparixxiet mill-kumpless turistisku tal-Algarve, fil-Portugall, fejn il-ġenituri tagħha kienu ħallewha rieqda.

L-għajbien kien seħħ f’Mejju tal-2007 u ftit tal-jiem ilu, il-Pulizija Portugiża, megħjuna minn kollegi mill-Ġermanja, ikkonkludew tfittxija ġdida u intensiva għall-materjal li hu ittamat li jixħet dawl ġdid fuq il-misteru ta’ Madeleine.

L-aħħar tfittxija kkonċentrat fuq ġibjun ta’ Arade, viċin il-kumpless ta’ Praia da Luz, fejn il-familja ta’ Madeleine kienet alloġġjata fl-2007.

Il-prosekuturi fi Braunschweig, fil-Ġermanja, issa qalu li t-tagħmir li nstab għadu taħt analiżi  u li l-investigazzjoni dwar raġel Ġermaniż – bl-isem ta’ Christian Brueckner u li qed jinżamm bħala suspettat uffiċjali fil-każ tat-tifla — għadha ‘il bogħod mhux ħażin minn konklużjoni.