Il-UEFA se tkun qed tistenna r-rapport tar-referee Anthony Taylor qabel ma tiddeċiedi l-konsegwenzi fil-konfront tal-kowċ ta’ Roma Jose Mourinho. Fi tmiem il-finali tal-Erbgħa kontra Sevilla, Mourinho stenna lit-terna arbitrali fil-parkeġġ tal-ground fejn affronta lir-referee Anthony Taylor wara numru ta’ deċiżjonijiet li skont il-kowċ Portugiż marru kontra t-tim tiegħu.
Jose Mourinho kien ammonit f’partita li kienet pjuttost movimentata bir-referre juri l-karta s-safra lil tlettax-il player, fejn sebgħa minnhom kienu players ta’ Roma. Il-partita kienet ukoll l-itwal waħda fl-istorja fejn b’kollox ingħataw 25 minuta injury time. Fi tmiem il-partita, Mourinho deher ukoll jarmi l-midalja lejn il-partitarji.
//= $special ?>