Nhar l-Erbgħa 10 ta’ Mejju saret iċ-Ċelebrazzjoni tal-100 Sena mit-twaqqif tas-Soċjetà Filarmonika “Sliema”.
Dan huwa r-ritratt uffiċjali li-ttieħed fis-Sala tal-Kultura tal-istess Soċjetà. Fir-ritratt jidher il-President ta’ Malta George Vella, l-Arċisqof Charles Scicluna, il-President u Kumitat tas-Soċjetà Filarmonika “Sliema” , John Pillow Sindku ta’ Tas-Sliema, il-President u Kumitat tal-Kummissjoni Festi Parroċċa Santwarju Madonna tas-Sacro Cuor, il-Ministru Provinċjal tal-Patrijiet Franċiskani, Kappillan u Prokuratur tal-Festa Anthony Chircop, flimkien mal-Komunità tal-Patrijiet Franġiskani.
Fi sfond tar-ritratt jidhru l-Bandalori tas-Soċjetà u standardi uffiċjali fosthom il-Bandalora tal-100 Sena li ġiet inawgurata dik il-ġurnata stess. Jidhru wkoll il-Bandalora tal-25 sena, dik tal-75 sena u dik tal-Inkurunazzjoni Solenni tal-Istatwa Titulari tal-Madonna tas-Sacro Cuor.
//= $special ?>