Formula 1 Sport

“It-tim ta’ Red Bull jista’ jirbaħ kull tellieqa dan l-istaġun” – Max Verstappen

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen qal li t-tim tiegħu jista’ jirbaħ kull tellieqa fil-Formula 1 dan l-istaġun hekk kif kemm hu u kemm sieħbu fit-tim Sergio Perez għandhom l-aqwa karozza.

Verstappen jidher li se jkun qed jiddomina dan il-Kampjonat hekk kif s’issa rebaħ erba minn sitt tlielaq dan l-istaġun. Is-sewwieq qal Olandiż minkejja li qal li t-tim tiegħu għandu l-potenzjal li jirbaħ kull tellieqa stqarr li se tkun diffiċli minħabba numru ta’ fatturi matul l-istaġun.

Numru ta’ timijiet se jkunu qed ifittxu li jtejjbu l-karozzi tagħhom għall-Grand Prix ta’ tmiem din il-ġimgħa li se jkun qed isir fi Spanja.