L-attakkant Franċiż Karim Benzema ċaħad li kien se jħabbar li se jħalli lil Real Madrid minkejja spekulazzjonijiet qawwija li jista’ jagħmel dan sabiex imur jilgħab fl-Arabja Sawdita fejn kien offrut kuntrat ta’ £345million.
Numru ta’ rapporti internazzjonali qalu li Benzema jista’ jħalli lil Real Madrid wara 14-il sena, hekk kif irċieva offerta finanzjarjament attraenti mil-Lvant Nofsani. Benzema qal li s’issa għadu fuq il-kotba ta’ Real Madrid u li hu ffukat fuq l-aħħar partita tal-istaġun.
Matul il-karriera tiegħu ma’ Real Madrid, Benzema sar wieħed mill-aqwa players ta’ kull żmien fejn skorja 353 gowl f’647 partita. Hu rebaħ ukoll bosta unuri fosthom ħames darbiet il-UEFA Champions League.
//= $special ?>