Futbol Sport

“Kelli privileġġ li nikkowċja l-aqwa player fl-istorja tal-futbol”- Christophe Galtier

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ ta’ PSG Christophe Galtier ikkonferma li l-partita ta’ nhar is-Sibt kontra Clermont se tkun l-aħħar waħda għal Lionel Messi bil-flokk ta’ PSG. Messi ssieħeb ma’ PSG f’Lulju tal-2021 wara li ħalla lil Barcelona fejn rebaħ darbtejn l-Ligue 1.

Matul ix-xahar li għadda Messi kien wieħed mill-players li kien fil-mira ta’ protesti mill-partitarji ta’ PSG, fejn il-klabb żied is-sigurtà mad-dar tal-istess player. Wara t-telfa fil-kampjonat kontra Lorient, Messi kien ikkastigat sospensjoni ta’ ġimgħatejn minn PSG wara li siefer lejn l-Arabja Sawdija mingħajr permess tal-klabb.

L-2022 kienet waħda memorabbli għall-player ta’ 35 sena hekk kif rebaħ it-Tazza tad-Dinja mal-Arġentina fejn kellu turnament mill-aqwa. Ma’ PSG Messi skorja 32 gowl f’74 partita, bl-istess player mistenni jieħu deċiżjoni dwar il-klabb li se jkun qed jissieħeb miegħu fil-jiem li ġejjin, b’ritorn ma’ Barcelona mhux qed ikun eskluż.