Internazzjonali Unjoni Ewropea

“L-istabbiltà, l-paċi u l-prosperità fl-Ewropa possibbli jekk nibqgħu magħqudin” – Roberta Metsola 

Il-President tal-Parlament Ewropew u MEP eletta f’isem il-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola illum indirizzat lill-mexxejja Ewropej waqt summit tal-Komunità Politika Ewropea. Hija kellha laqgħat ma' diversi mexxejja Ewropej fosthom il-Kanċillier Ġermaniż Olaf Scholz, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Rishi Sunak u l-President Ukren Volodymyr Zelenskyy.

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li l-istabbiltà, l-paċi u l-prosperità fl-Ewropa huma possibbli jekk nibqgħu magħqudin.

Hija saħqet dan waqt li kienet qed tindirizza l-Komunità Politika Ewropea organiżżata fil-Moldova, li għaliha attendew madwar 50 mexxej minn madwar l-Ewropa, fosthom il-President tal-Ukrajna Voldymyr Zelenskyy. L-għan ta’ din it-tieni laqgħa tax-xorta tagħha kien biex jiġu diskussi soluzzjonijiet komuni, fosthom il-kooperazzjoni, t-tkabbir ekonomiku, d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija. 

Il-President Metsola qalet li l-laqgħa tal-lum għandha twassal messaġġ ta’ appoġġ lill-Moldova, l-Ukrajna u l-komunità Ewropea b’mod ġenerali. Qalet li l-isfidi li qed niffaċċjawilkoll huma komuni, fosthom is-sigurtà, l-enerġija u l-konnettività, u l-unika mod kif jistgħu jiġu indirizzati hu b’azzjoni konġunta. 

F’laqgħa mal-President Zelenskyy, il-President Metsolatkellmet dwar il-vot li ttieħed fi Brussell illum, fejn il-Parlament Ewropew ta vot b’saħħtu favur li l-Ukrajna tingħata appoġġ biex tipproteġi lilha innifisha mill-aggressjoni Russa. Hija qalet li dan il-vot jirrifletti r-rieda ta’ Unjoni Ewropea biex il-poplu Ukren ikollu l-meżżi meħtieġa biex jiddefendi d-dritt li jgħix fil-paċi u b’serħan il-moħħ. Il-President Metsolaqalet li t-tfal, n-nisa u l-irġiel Ukreni għandu jkollhom l-opportunità li jgħixu f’darhom, f’pajjiż sovran u fil-libertà. 

I am very happy to see so many leaders of Western Balkan countries here, because we will plead for faster, more urgent and more deep European integration for these countries.

Il-ġimgħa l-oħra, il-President tal-Parlament Ewropew indirizzat mat-80,000 persuna fil-Moldova, fejn sostniet l-appoġġ tal-istituzzjoni Ewropea għall-perspettiva Ewropea li qed iħaddan il-pajjiż. Saħqet li tinsab onorata li f’isem il-popli Ewropej, għanda l-opportunità li titlob għal azzjoni u soluzzjonijiet komuni.