Futbol Sport

Lydia Bedford issir l-ewwel kowċ mara li se tmexxi tim tal-irġiel fl-Ingilterra

Lydia Bedford se ssir l-ewwel kowċ mara li se tkun qed tmexxi tim tal-irġiel fl-Ingilterra hekk kif se tkun qed tmexxi t-tim ta’ taħt it-18-il sena ta’ Brentford.

Dan qed ikun deskritt bħala ‘landmark deal’ mill-ġurnali Ingliżi hekk kif qabel l-ebda kowċ femminili qatt ma mexxa skwadra professjonali tal-futbol fl-Ingilterra. Bedford għandha esperjenza vasta fil-futbol tan-nisa hekk kif kienet assistant kowċ tal-kowċ Jonas Eidevall fit-tmexxija tat-tim tan-nista ta’ Arsenal.

Bedford bdiet il-karriera tagħha fil-coaching fl-2008 u kien fl-2019 li kisbet il-liċenzja UEFA Pro.