Lokali

121,000 persuna f’pajjiżna mhux ilaħħqu sal-aħħar tax-xahar

Ir-realta hija waħda li qed jaraha kulħadd; il-prezzijiet qed ikomplu jiżdiedu, il-pagi baqgħu fejn kienu, il-Gvern mhux jirnexxielu jattira industriji li joffru salarji aħjar, u n-nies qed jispiċċaw jikkumbattu biex iwasslu sal-aħħar tax-xahar.

Stħarriġ illi sar mill-gazzetta MaltaToday juri li 121,000 persuna qed ibatu ferm biex iwasslu bil-pagi tagħhom sal-aħħar tax-xahar.

Skont id-data miġbura minn dan is-survey – 58,000 diġa’ mhux ilaħħqu mal-ħajja, filwaqt li 63,000 qed ibatu minħabba d-daqqa tal-għoli tal-ħajja. Fi kliem sempliċi, eluf ta’ familji qed isibuha diffiċli ferm biex jaffaċjaw l-ispejjes u ż-żieda fil-prezzijiet ta’ prodotti bażiċi. Tant li l-paga tagħhom mhix isservihom.

Interessanti l-fatt illi terz tal-popolazzjoni f’pajjiżna – minkejja li qed tgħix pjuttost tajjeb – xorta mhix kapaċi tfaddal flus. Għaliex il-paga kollha qed itajjruha fl-ispejjes tal-ħajja.

Iż-żieda fil-prezzijiet ta’ prodotti bażiċi hija realta li qed tolqot lil kulħadd, b’affarijiet li qed jgħolew b’mod regolari – minn ġimgħa għall-oħra.

Fil-fatt, minn din il-ġimgħa stess, se jerġa’ jiżdied il-prezz tal-prodotti tal-ħalib lokali. Dan minħabba li l-piżijiet għall-kumpanija Benna qed ikomplu jiżdiedu, wara li l-Gvern naqas milli joffri l-appoġġ għar-raħħala li joperaw f’dan is-settur.

Fost il-prodotti li se jogħlew hemm il-ħalib tal-kartuna, inkluż dak skimmed u l-ħalib b’inqas xaħam. Il-kartuna ħalib tal-litru se tiġi tiswa’ ewro. Se jiżdiedu wkoll il-milkshakes tal-Benna, il-prezz tal-yogurt, il-prezz tal-irkotta u anke l-mozzarella.

Din iż-żieda se tfisser piż ieħor fuq il-familji. Dan wara li riċentament żdied il-prezz tal-ħobż, il-prezz tal-laħam, il-ħaxix u frott, prodotti tal-ħasil, u prodotti tal-iġene personali fost l-oħrajn,