Lokali

Approvati l-ewwel 159 kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali

Ilbieraħ filgħaxija, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista beda l-proċess li fih japprova l-kandidati għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, li se ssir fit-8 ta’ Ġunju 2024.

Dan hekk kif kienu appovati 159 kandidat minn kważi l-lokalitajiet kollha f’Malta u f’Għawdex. Il-grupp jinkludi Kunsillieri Lokali attwali u anke kandidati ġodda.

Dan il-proċess juri l-impenn sħiħ tal-Partit Nazzjonalista favur il-lokalitajiet u r-residenti kollha li jgħixu fihom.