Lokali

Arrestat wara sejba ta’ droga fir-residenza tiegħu

Raġel ta’ 57 sena ġie arrestat wara li tfittxija fir-residenza tiegħu fiż-Żurrieq wasslet għal sejba ta’ droga kif ukoll eluf ta’ flus kontanti.

Din is-sejba irriżultat f’2kg droga suspettata kokaina u 10kg droga suspettata kannabis.

Id-droga nstabet waqt tfittxijiet li saru f’residenza fiż-Żurrieq filwaqt li nstabu wkoll madwar €16,000 fi flus kontanti.

Huwa qed jinżamm fil-lockup tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Floriana, filwaqt li mistenni jitressaq il-Qorti il-Ġimgħa filgħodu għall-ħabta tal-10:30 quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo.