Lokali

Carmen Ciantar titlob lill-Maġistrat Vella biex tisma’ l-verżjoni tagħha

Il-Kap tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi Carmen Ciantar talbet lill-Qorti sabiex tinvestiga l-allegazzjonijiet serjissimi li ħarġu dwarha fil-media tal-Pakistan, fejn rapporti indikaw li hi daħħlet fil-but mal-€400,000 minn kumpanija marbuta mal-Vitals.

Permezz ta’ rikors li ddaħħal fil-Qorti dalgħodu, Ciantar talbet lill-Maġistrat Gabriella Vella tagħtiha l-opportunità li tiskolpha ruħha minn dawk li sejħet “allegazzjonijiet bla bażi”.

Il-Maġistrat Vella bħalissa qed tmexxi l-inkjesta dwar id-deal tal-isptarijiet ma’ Vitals u Steward.

Din hija l-istess inkjesta Maġisterjali li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat qed jgħid li m’għandux fiduċja fiha.