Lokali

“Dan it-tagħrif għandu jiġi implimentat mhux jintefa’ f’kexxun” – President ta’ Malta

“Dan it-tagħrif għandu jiġi implimentat mhux jintefa’ f’kexxun.”

Dan qalu l-president ta’ Malta George vella waqt id-diskors tal-għeluq fil-konferenza nazzjonali li saret il-Ġimgħa bit-tema ‘L-Istat tan-Nazzjon’ organizzata mill-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika.

Il-President ta’ Malta George Vella elenka r-riżultati li ħarġu mill-istħarriġ li sar mill-Espert fl-Istatistika Vincent Marmara fejn ħadu sehem 1064 persuna minn 16-il sena ‘l fuq, bl-iskop sabiex wieħed jifhem aħjar lill-poplu u dak li jsawwar l-opinjonijiet tal-Maltin u l-Għawdxin.

L-istħarriġ juri li terz tal-popolazzjoni ta’ pajiżna jinsabu f’sitwazzjoni finanzjarja agħar minn dik ta’ sena ilu. Fejn il-fattur ewlieni li wassal għal dan huwa l-effett tal-inflazzjoni.

Dan apparti li l-maġġoranza tan-nies iqisu l-festi bħala l-aktar ħaġa importanti mill-kultura Maltija segwiti mill-ikel tradizzjonali Malti u mil-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira. Fejn ħareġ li dawn huma imporanti ħafna għall- iżvilupp personali tal-bniedem.

Il-President ta’ Malta tkellem dwar kif terz tal-popolazzjoni mhix komda bit-taħlit tal-kulturi dan hekk kif fl-aħħar għaxar snin il-barranin f’pajjizna żdiedu minn 4% għal 22%.  B’dawk li huma iżgħar fl-età huma l-iktar komdu bit-taħlit tal-kulturi.

“Dwar il-politika, rajna ċaqlieq l-isfel dwar kif l-poplu jħares lejn il-politika u l-politikanti” ikkumenta George vella.

“Ir-riżultati li ħarġu mis-sontaġġ huma pożittivi. Ir-riflessjonijiet u rakomondazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati u għandhom jittieħdu l-azzjonijet neċċessarji sabiex il-kwalitá ta’ ħajja tal-poplu Malti titjieb.

Dan filwaqt li George vella appella sabiex dan it-tagħrif siewi jiġi implimentat mhux jispiċċa f’kexxun. “Titilfux l-interess u l-għarfien li ħarġu waqt il-konferenża. l-interss kollettiv tagħna jiddependi minna l-ilkoll. IIl-passi neċċessarji għandhom jittieħdu illum mhux għada.