Futbol Sport

Giovanni Tedesco jirbaħ l-unur tal-kowċ tax-xahar għar-raba’ darba

Il-kowċ ta’ Birkirkara Giovanni Tedesco rebaħ l-unur tal-Motors Inc. kowċ tax-xahar għalApril.

F’April it-tim imexxi minn Tedesco kellu bosta prestazzjonijiet tajbin hekk kif irnexxielhom itemmu l-istaġun fit-tieni post fil-klassifika wara Ħamrun Spartans, biex b’hekk ikkwalifikaw għall-fażi tal-kwalifikazzjoni għall-UEFA Europa League għall-istaġun li jmiss.

Barra minnhekk l-istripes ukoll għalqu l-istaġun tagħhom b’rebħa ta’ 2-0 kontra Marsaxlokk biex ġew inkurunati champions tal-Izibet FA Trophy.

Din hija r-raba’ darba li Tedesco ġie mogħti dan l-unur f’dan l-istaġun, hekk kif rebaħ l-unur darbtejn fil-bidu tal-istaġun f’Awissu u f’Settembru, kif ukoll f’Jannar u f’Marzu.

Tedesco ilu fit-tmexxija ta’ Birkirkara mill-istaġun li għadda, madanakollu din mhijiex l-ewwel esperjenza tiegħu mall-istripes hekk kif kien ukoll il-kowċ tagħhom lura fl-2015.

Apparti t-tmexxija tiegħu ta’ Birkirkara, dan mhuwiex l-unika tim li Tedesco kien imexxi fil-kampjonat BOV Premier League hekk kif Tedesco kien ukoll fit-tmexxija ta’ Floriana, Valletta, Gżira United u iktar riċenti Santa Lucia FC.