Basketball GSSE Malta 2023 Sport

GSSE Malta 2023 Basketball Irġiel: Wirja qalbiena mhux biżżejjed għal Malta kontra Lussemburgu

Colin Schembri

Lussembrugu…78

Malta…………….75

(24-30)(23-14)(13-14)(18-17)

It-team Nazzjonali Malti tal-irġiel kellhu wirja qalbiena kontra Lussemburgu però din ma kienitx biżżejjed hekk kif l-iskor finali ppremja lil Lussemburgu biex issa t-team Malti jiltaqa’ mill-ġdid kontra l-Montenegro fis-semi-finali tal-Ġimgħa. Il-players Alex Laurent, Clancy Rugg u Ivan Delgado kienu l -aktar li għamlu ħsara lit-team Malti hekk kif bejniethom kellhom 50 punt mill-75 finali. It-team Malti kellhu persentaġġ għoli fis-shooting minn ġewwa bi 22 minn 39 tentattiv fil-waqt li għamilna 12 -il punt mit-turnovers tal-avversarji u 21 punt mill-players li daħlu minn fuq il-bank. 

It-team Malti ma setax ikollhu bidu aħjar meta fl-ewwel minuta għamilna run ta’ 7-0 bi trippla ta’ TevinFalzon u baskets minn Joshua Tomasi u Nelson Kahler. Wara li Lussemburgu naqqsu d-distakk, Malta għamlu run ta’ 10-2 bi trippli ta’ Nathan Xuereb u Tomasi biex fis-sitt minuta ħadu l-akbar vantaġġ fil-partita 19-6. Sostituzzjonijiet mill-coach ta’Lussemburgu Ken Diederich bdew iħallu l-frott hekk kif Delgado beda jagħmel ħafna ħsara speċjalment bi trippliu però t-team tal- Lussemburgu qatt ma rnexxielhom jieħdu l-vantaġġ f’din it-taqsima li għalqet bi trippla ta’ Aaron Falzon għal skor ta’ 24-30. Lussemburgu però bdew aħjar fit-tieni perjodu u għamlu tlett baskets mingħajr risposta biex ippareġjaw l-iskor. Għal darb’oħra l-Maltin marru fuq quddiem permezz ta’ Kurt Cassar u Samuel Deguara iżda run ta’ 7-0 qalbet ir-riżultat favur Lussemburgu40-34. T. Falzon u Eric Washington għamlu żewġ trippli konsekuttivi biex għamlu l-iskor indaqs iżda kienu Lussemburgu li daħlu jistrieħu minn fuq wara trippla ta’ Rugg u basket ta’ Laurent 47-44.

Wara l-intervall, Lussemburgu kellhom it-three pointers minn Grun u Laurent iżda bejniethom il-Maltin bdew jiksbu l-punti permezz ta’ Kahler u trippla ta’ Washington għal skor ta’ 53-56. Delgado kompla jkun ta’ theddida għad-difiża Maltija u kien protagonist f’run finali ta’ 7-2 li għalqet it-taqsima fuq skor ta’ 60-58 favur Lussemburgu. L-aħħar taqsima kienet ferm emozzjonanti bil-vantaġġ jibdel l-idejn għal diversi drabi. Fil-ħames minuta trippla ta’ Tomasi u basket ta’Cassar taw vantaġġ ta’ sitt punti lil Malta 71-65. Lussemburgu ma ċedewx u Laurent u Grun bi trippla ppareġjaw l-iskor għal darb’oħra. Cassar għamel żewġ baskets konsekuttivi però sensiela ta’ free-throws taw il-vantaġġ lil Lussemburgu fl-aħħar ħinijiet. Fl-aħħar attakk tal-Maltin minkejja d-distakk ta’ 2 punti, Washington għażel li jmur għal trippla li però ma daħlitx biex Lussemburgu ħadu r-rebħa 78-75 wara l-aħħar free-throw ta’ Laurent. 

LussemburguMalcolm Kreps 5, Derek Wilson, Philippe Gutenkauf, Thomas Grun 8, Mihailo Andjelkovic, Alex Laurent 16, Joe Kalmes 3, Oliver Vujakovic 6, Lou Demuth, Clancy Rugg 14, Xavier Francois 6, Ivan Delgado 20.

MaltaIan Felice Pace, David Bugeja 2, Alec Felice Pace, Joshua Tomasi 19, Nathan Xuereb 3, Tevin Falzon 9, Jacob Formosa 2, Aaron Falzon 5, Kurt Cassar 11, Nelson Kahler 14, Samuel Deguara 1, Eric Washington 9.