Basketball GSSE Malta 2023 Sport

GSSE Malta 2023 – Basketball Nisa: Lussemburgu b’rebħa fuq Malta fi preludju għas-semifinali

Colin Schembri

Lussembrugu….64

Malta……………..55

(17-14)(16-14)(16-15)(15-12)

It-team Nazzjonali Malti tan-nisa offra oppożżizjoni qawwija lit-team tal-Lussemburgu fl-aħħar partita mill-ewwel round. Dawn iż-żewġ timijiet issa jiltaqgħu fis-semi-finali tal-Ġimgħa fil-waqt li fis-semifinali l-oħra, Montenegro jaffrontaw lil Ċipru. Partita li minkejja d-distakk finali, kienet bilanċjata fejn fost l-oħrajn Lussemburgu kellhom 41 rebound għal 44 tal-Maltin. It-team Malti kellhu persentaġġ aħjar minn tal-avversarji fit-three pointers għalkemm imbagħad Lussemburgu kienu aħjar fil-baskets fejn għamlu 14 minn 28 tentattiv għal persentaġġ ta’ 50%.

Lussemburgu bdew il-partita bl-ewwel ħames punti minn Cahill u Skrielj. Ir-risposta tal-Maltin ġiet minn Amber Melgoza u trippla ta’ Steffi De Martino però sas-sitt minuta, Lussemburgu fetħu vantaġġ ta’ 7 punti 12-5. De Martino, Josephine Diaby u Sophie Abela rrispondew għal darb’oħra għat-team Malti bil-Lussemburgu jkollhom trippla minn Skrielj u temmew l-ewwel sessjoni 3 minn fuq 17-14. Fit-tieni perjodu, kien hemm bidu tajjeb għal Malta fejn, minkejja l-punti ta’ Etute għal Lussemburgu, trippla ta’ Melgoza flimkien mal-punti ta’ Danika Galea u Ashleigh Van Vliet taw il-vantaġġ għall-ewwel darba lit-team Malti. Lussemburgu kellhom risposta bi trippla ta’ Meynadier u l-free-throws ta’ Simon u wara li Melgoza bi trippla reġgħat poġġiet lil Maltin fuq quddiem, Lussemburgugħamlu l-aħħar seba’ punti tat-taqsima biex daħlu jistrieħu 33-28 minn fuq.

Wara l-intervall, il-partita kompliet tkun bilanċjata biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin. Mall-ħin però Lussemburgu bdew ikabbru l-vantaġġ speċjalment permezz ta’ Simon u Cahill. Punti ta’ De Martino, Diaby u Amelia Simmons taw ftit tan-nifs lill-Maltin però Etute u Simon reġħhu kabbru l-vantaġġ għal Lussemburgu. Qabel intemmet it-taqsima Van Vliet kellha trippla għal Malta għal skor ta’ 49-43. Fl-aħħar taqsima d-distakk niżel għal basket wara trippli minn Melgoza u Jessica Azzopardi flimkien ma’ Van Vliet. Fit-tmien minuta Geniets kellha trippla għal Lussemburgu li reġgħat tathom vantaġġ ta’  5 punti. Il-Maltin ppruvaw iwaqqfu l-arloġġ però Cahill u Etute kienu preċiżi mill-free-throw line biex Lussemburgu ħarġu rebbieħa 64-55. 

LussemburguMandy Geniets 3, Jo Oly, Anne Simon 11, Magaly Meynadier 5, Charlie Bidinger, Kyra Coulon, Cathrin Wolff 3, Julija Vujakovic, Liz Irthum, Amanda Cahill 20, Esmeralda Skrijelj 10, Ehis Etute.

MaltaAmber Melgoza 13, Kristy Galea, Mikela Riolo, Ylenia Bonett,Steffi De Martino 10, Ashleigh Van Vleit7, Sophie Abela 4, Jessica Azzopardi 3, Amelia Simmons 6, Josephine Diaby 6, Danika Galea 6.