Malta rebħet it-tieni midalja tad-deheb fil-ħames ġurnata tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar għal darb’oħra permezz tat-Tennis. It-tennist Malti, Matija Pecotić rebaħ il-finali tal-individwali tal-irġiel meta għeleb lil Lucas Catarina ta’ Monaco f’żewġ sets 6-1, 6-2.
B’hekk Pecotić rebaħ id-deheb, fl-istess ġurnata li l-koppja, Elaine Genovese u Francesca Curmi, rebħu l-ewwel midalja tad-deheb f’dawn il-logħob fit-Tennis. B’hekk s’issa, it-total ta’ midalji tad-deheb mirbuħa minn Malta f’dawn il-logħob żdiedu għal 22 midalja.
//= $special ?>