Internazzjonali

Il-Ġermanja: Allarm wara stħarriġ diżastruż għall-partiti moderati taċ-ċentru

Uffiċjali mal-partiti tradizzjonali fil-Ġermanja qed jesprimu allarm ‘dwar il-ġejjieni’ wara li l-aħħar stħarriġ ta’ opinjoni wera appoġġ popolari rekord għall-akbar Partit radikali tal-lemin fil-pajjiż.

Sadanittant, il-Partit AfD – Alternative fur Deutschland – qed jiċħad l-akkużi li għandu rabtiet sodi mal-estremisti. Dan wara li r-riżultati tal-istħarriġ qed jitqiesu bħala l-akbar stimolu għal dan il-partit mill-elezzjoni federali tal-2021 – meta l-AfD kien rebaħ 10.3 fil-mija tal-vot azzjonali kontra kważi 26 fil-mija għall-SPD (is-Soċjali Demokratiċi fil-Gvern) tal-Kanċillier Ġermaniż Olaf Scholz.

Fis-sitwazzjoni attwali, numru ta’ sorsi fil-pajjiż – inklużi membri tas-servizzi sigrieti domestiċi – qed iwissu dwar ‘similaritajiet allarmanti’ bejn ix-xena politika tallum ( fil-Ġermanja) u s-sitwazzjoni li eżistiet fis-snin għoxrin u t-tletinijiet u li wasslet għad-dittatorjat Nażista li kien daħħal pajjiżu u lid-dinja fi gwerra globali.

L-aħħar riżultati mid-DeutschlandTrend survey li ssir kull xahar qed juru li l-appoġġ għall-AfD – taħt it-tmexxija ta’ Alice Weidel u Alexander Gauland — issa tela’ għal 18 fil-mija u li hu ‘kważi l-istess’ daqs l-appoġġ attwali għall-SPD.

Sadanittant, Norbert Roettgen, deputat veteran mal-Partit (Demokristjan) CDU fl-Oppożizzjoni fisser l-aħħar stħarriġ bħala ‘diżastruż’ u ‘sitwazzjoni ta’ allert assolut’ għall-partiti (Ġermaniżi) kollha taċ-ċentru.

Fl-istess ħin, politiċi moderati oħra qed jinsistu biex il-partiti demokratiċi kollha jagħtu każ x’qiegħed iseħħ fost l-insistenza li huma ‘għandhom ir-responsabbiltà biex ma jippermettux li mewġa ta’ estremiżmu politiku tkaxkar kollox quddiemha’.

Dan ukoll meta l-AfD u l-entitajiet affiljati magħha jinsabu taħt l-iskrutinju tal-BfV, l-aġenzija tas-servizzi sigrieti domestiċi, minħabba l-konnessjonijiet tagħhomDeutschlandTrend survey mal-estremisti.