Lokali

Il-Ħadd se tkun qed ssir maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-Partit Nazzjonalista

Il-Ħadd li ġej, bejn is-2pm u l-11pm, se tkun qed issir il-maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-Partit Nazzjonalista.

Il-Partit Nazzjonalista ilu x-xhur jaħdem fuq firxa wiesa ta’ ideat, filwaqt li qed jilqa’ aktar nies bħala parti mill-familja tieghu. U kien għalhekk illi inħass il-bżonn li ssir din il-maratona sabiex jassigura li din il-ħidma ma tieqafx.

Is-Segretarju Ġenerali tal-PN, Michael Piccinino spjega kif kull persuna hi mħeġġa tgħin mill-ftit li tista’ sabiex il-messaġġ tal-Partit jibqa’ jasal għand kullħadd.

Wieħed jista’ jattendi waqt il-maratona ġbir ta’ fondi fid-Dar Ċentrali fejn preżenti se jkun hemm numru ta’ uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista. Filwaqt li bħas-soltu, se jkunu miftuħa l-linji tad-donazzjonijiet.