Lokali

“Il-Kummissarju tal-Pulizija qed jonqos minn dmiru li jinvestiga” – Bernard Grech

“Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa naqas u ilu jonqos minn dmiru li jinvestiga u jieħu l-azzjonijiet fuq allegazzjonijiet serji.”

Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista waqt intervista fuq Net FM meta kien mistoqsi dwar dak li ġie żvelat dwar il-Kap tal-FMS Carmen Ciantar – allegazzjoni li hi daħlet €400,000 minn kumpanija marbuta mal-Vitals.

Bernard Grech qal li għalkemm il-Qorti kkkundannat id-deal tal-isptarijiet u sejħitlu frawdolenti… il-Kummissarju Angelo Gafa ma ħa l-ebda azzjoni. Barra minn hekk, huwa lanqas ma ħa azzjoni fuq id-denunzja li ressaq il-Partit Nazzjonalisa sabiex ikunu investigati dawk kollha involuti f’dan l-akbar skandlu.

Filwaqt li lil Camren Ciantar, ghadu sa issa ma sejħiliex….u kellha tkun hi li ddaħħal rikors fil-Qorti sabiex tingħata l-opportunita li tiskolpha ruħha.

Hawnhekk, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li kulħadd qed jipprova jfarfar mir-responsabbilta għaliex issa għandna sitwazzjoni fejn il-kriminali u l-korrotti qed jduru għal xulxin.

Waqt l-intervista Bernard Grech fakkar fuq il-proposta tal-Partit Nazzjonalista sabiex il-COLA ma tkunx intaxxata. Iżda l-Gvern ta’ Robert Abela qed ikompli jwebbes rasu.

Bernard Grech tkellem ukoll fuq is-sitwazzjoni preżenti tax-xandir nazzjonali fejn sotna li issa ħadd m’għandu aktar dubju li Robert Abela qed jikkontrolla x’jixxandar fl-aħbarijiet. Dan għaliex Robert Abela huwa insigur.

Fi tmiem l-intervista, Bernard Grech saħaq li l-poplu ħaqqu Gvern li jixraqlu; Gvern li jpoġġieh fiċ-ċentru tal-politika tiegħu.