L-ex midfielder ta’ Manchester United Jesse Lingard huwa wieħed min-numru ta’ plejers li ġew ikkonfermati li mhumiex se jagħmlu parti mill-iskwadra ta’ Nottingham Forest għall-istaġun li jmiss. Lingard se jitħalla jitlaq b’xejn hekk kif id-diriġenza tal-klabb iddeċidiet li ma testendiex il-kuntratt tiegħu li skada fl-1 ta’ Ġunju.
Lingard lagħab 20 logħba ma Nottingham, madankollu l-midfielder Ingliż lagħab biss siegħa logħob mill-bidu tas-sena 2023 sa’ l-aħħar tal-kampjonat.
Andre Ayew, Cafu, Jack Colback, Jordan Smith u Lyle Taylor huma l-plejers l-oħra li l-kuntratt tagħhom mhux se jiġi mġedded u kollha se jkunu disponibbli fis-suq tat-transferiment bla kuntratt.
Minn naħa l-oħra, l-ex goalkeeper ta’ Real Madrid, u l-plejer kurrenti ta’ PSG Keylor Navas ukoll mhux se jagħmel parti mit-tim ta’ Nottingham Forest hekk kif se jerġa’ jirritorna ma’ PSG wara li skadilu l-kuntratt ta’ sena self li kellu mat-tim Ingiż.
Dean Henderson u Renan Lodi ukoll se jirritornaw mal-klabbs rispettivi tagħhom fil-forma ta’ Manchester United u Atletico Madrid.
Aħbar tajba din id-darba għal Nottingham Forest hekk kif id-difensur laterali Serge Aurier iffirma estensjoni ta’ sena fil-kuntratt tiegħu, filwaqt li Chris Wood sar plejer permanenti wara li kien misluf minn Newcastle United.
Nottingham Forest kellhom staġun diċenti hekk kif laħqu l-objettiv tagħhom li jevitaw ir-relegazzjoni mill-kampjonat Premier League. Huma temmew fis-16-il post b’38 punt.
//= $special ?>