Terz tal-popolazzjoni ta’ pajiżna jinsabu f’sitwazzjoni finanzjarja agħar minn dik ta’ sena ilu. Fejn il-fattur ewlieni li wassal għal dan huwa l-effett tal-inflazzjoni.
Dan ħareġ minn stħarriġ li sar mill-Espert fl-Istatistika Vincent Marmara li ġie ppreżentat waqt il-konferenza nazzjonali ‘L-Istat tan-Nazzjon’ organizzata mill-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika.
Dan l-istħarriġ, b’kampjun ta’ 1064 persuna minn 16-il sena ‘l fuq, sar biex wieħed jifhem aħjar lill-poplu u dak li jsawwar l-opinjonijiet tal-Maltin u l-Għawdxin.
31% tal-Maltin iħossu li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom hija agħar mis-sena ta’ qabel… fejn huma biss 27% li jħossu li jinsabu finanzjajarment aħjar mis-sena ta’ qabel.
Fattur interessanti huwa li Malta għandha l-inqas rata ta’ fertilità fl-Ewropa … b’1.13 twelid għal kull mara.
Sar magħrf ukoll li n-nies qed jippjanaw il-ħajja tagħhom inqas.. fejn dawk li jħallsu l-għola rata ta’ taxxa fuq id-dħul tagħhom huma dawk li l-aktar jippjanaw ħajjithom. F’kelma waħda… iktar kemm persuna taqla’ flus… iktar tkunt tista’ tippjana ħajjitha. Iżda dawk li jħallsu l-għola taxxa huma l inqas li huma kuntenti f’ħajjithom
Il-maġġornaza tal-poplu tħoss li għamlet suċċess f’ħajjitha fejn 70% iħossu li rnexxew f’ħajjithom. Fejn min għandu l-ogħla livell ta’ edukazzjoni iħossu li rnexxa f’ħajtu.
Dan l-istħarriġ tefa’ dawl ukoll fuq l-aspett reliġjuż… fejn għalkemm il-poplu Malti jemmen f’Alla… ma jagħtix l-istess livell ta’ importanza lir-reliġjon. 88.5% qalu li jemmnu f’Alla, b’61% jgħidu li r-reliġjoni hija importanti ħafna għalihom. Biż-żgħażagħ u l-anzjani għandhom viżjonijiet differenti dwar diversi aspetti u temi. Wieħed minn kull erba’ bejn is-16 u l-25 sena qalu li ma jemmnux f’Alla.
Il-maġġoranza tan-nies iqisu l-festi bħala l-aktar ħaġa importanti mill-kultura Maltija segwiti mill-ikel tradizzjonali Malti u mil-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira. Fejn ħareġ li dawn huma imporanti ħafna għall- iżvilupp personali tal-bniedem.
Sar magħtuf ukoll li l-poplu Malti għandu n-nazzjon Malti għal qalbu ferm iżda qed jassoċja lilu nnifsu aktar mal-Ewropa. Fl-istess waqt matul l-aħħar sena kien hemm żieda fost dawk li qalu li jixtiequ li twieldu u trabbew f’pajjiż ieħor.
Fattur ieħor interessanti huwa li terz tal-popolazzjoni mhix komda bit-taħlit tal-kulturi dan hekk kif fl-aħħar għaxar snin il-barranin f’pajjizna żdiedu minn 4% għal 22%. B’dawk li huma iżgħar fl-età huma l-iktar komdu bit-taħlit tal-kulturi.
Kważi 22% qalu li l-midja Maltija tirraporta u tiddiskuti suġġetti li jikkonċentraw lilhom filwaqt li 21% qalu bil-kontra. Bħalissa jidher li n-nies qed isegwu inqas aħbarijiet fejn jidher li hemm tnaqqis kważi fis-sorsi kollha ta’ midja differenti… bit-televiżjoni jibqa’ l-aktar sors li jintuża min-nies biex isegwu l-aħbarijiet Maltin.
Minn dan l-isħarriġ ħareġ li tlieta minn kull erbgħa qalu li jikkonumikaw l-aktar mal-familja wicc imb wicc.. iżda kienu nofs dawk li qalu li jikkomunikaw mal-ħbieb b’dan il-mod, Ta’ min jinnota li 43% fost dawk li għandhom bejn 16 u 25 sena jikkomunikaw l-aktar mal-ħbieb permezz tal-midja soċjali jew sms. Dan filwaqt li fost dawk li għandhom bejn 26 u 35 sena, 59% jikkomunikaw mal-ħbieb b’dan il mod. Bl-irġiel ikunu l-iktar li jikkomunikaw wiċċ imb’wiċċ.
Dwar il-politika, il-poplu sar jikkunsidra inqas l-opinjoni tal-partit politiku qabel ifassal l-opinjoni tiegħu. Fejn bħalissa hemm aktar nies li jikkunsidraw jivvutaw partiti differenti fil-futur. Kważi 70% qalu li qed jippjanaw li jivvutaw fl-elezzjoni li jmiss, bi 11% qalu le u 19% jinsabu indeċiżi.
//= $special ?>