Formula 1 Sport

Max Verstappen bl-iktar ħin veloċi fl-ewwel żewġ provi tal-Grand Prix ta’ Spanja

Is-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen għal darb’oħra ddomina l-ewwel żewġ provi għal Gran Prix ta’ Spanja.

Verstappen kiseb distakk ta’ 0.170 sekonda fuq Fernando Alonso ta’ Aston Martin. Nico Hulkenberg ta’ Haas impressjona hekk kif temm fit-tielet post, b’Sergio Perez ta’ Red Bull ikun ir-raba’ l-iktar veloċi.

Esetaban Ocon ta’ Alpine temm fil-ħames post, biż-żewġ sewwieqa ta’ Ferrari Charles Leclerc u Carlos Sainz itemmu fis-sitt u fis-seba’ post rispettivament.

George Russell kien l-aħjar sewwieq għal Mercedes hekk kif spiċċa fit-tmien post, b’distakk ta’ 0.485 sekonda minn Verstapen.

Valterri Bottas ta’ Alfa Romeo u Pierre Gasly temmew fid-disa’ u l-għaxar post rispettivament.