Net News jista’ jikkonferma li l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà għadu lanqas investiga jew saħansitra kellem lill-Kap tal-FMS Carmen Ciantar.
Kien dan is-sit illi saqsa direttament lil Ciantar jekk skattatx investigazzjoni jew jekk hi ġietx mitkellma mill-Pulizija. B’Carmen Ciantar tgħid illi hi għada ma rċiviet ebda komunikazzjoni minn naħa tal-Pulizija dwar l-alegazzjonijiet serji li ħarġu dwarha.
Ilbieraħ, il-Kap tal-FMS talbet lill-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga l-allegazzjonijiet li saru mill-media tal-Pakistan.
Ciantar trid li l-Kummissarju jikkonkludi l-investigazzjonijiet fl-iqsar żmien possibbli.