Meta kien intervistat minn Lou Bondi waqt Konferenża tal-Aħbarijiet bit-tem ‘Stat ta’ Nazzjon’ dwar is-saga tat-tliet sptarijiet, il-Prim Ministru Robert Abela indika illi kien bis-saħħa tal-Gvern tiegħu li dawn ngħataw lura lill-poplu Malti.
Bil-Prim Ministru jevita illi jsemmi li hu flimkien mal-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne riedu jagħmlu ftehim ġdid ma’ Steward… minkejja li kienu jafu li dawn serqu lill-poplu Malti u Għawdxi l-miljuni mingħajr ma taw xejn lura lis-settur tas-saħħa; ftehim li ma sarx minħabba pressjoni li saret minn ħaddiema taċ-ċivil.
Abela kien mistoqsi dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u l-fatt li l-poplu għadu qed jistenna li ssir ġustizzja. B’Robert Abela baqa’ jiddefendi lill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa. Dan wara li għaddew aktar minn 5 snin ta’ stennija b’numru ta’ soċjetajiet ċivili baqgħu jidwu l-istess għajta dik ta’ “Ġustizzja u verità.”
Il-Prim Ministru Robert Abela għażel li jitkellem fuq x’ġara qabel l-2013 minflok ma jindirizza l-problemi ta’ issa u l-iskandli li ħarġu fl-aħħar snin minn Gvern Laburista, fl-intervista li saritlu waqt konferenza nazzjonali ‘L-Istat tan-Nazzjon’ organizzata mill-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika. Dan filwaqt li qal li l-isptarijiet ġew lura għand in-nies bis-saħħa tiegħu.
Meta ġie mostoqsi dwar l-istħarriġ li sar mill-Espert fl-Istatistika Vincent Marmara li ġie ppreżentat propju fl-istess konferenża tal-aħbarijiet organizzata mill-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika, Robert Abela prova jbiddel ir-realta’ f’pajjiżna, u qal li l-poplu Malti jinsab kuntent.
Fl-intervent tiegħu, Robert Abela ma ta l-ebda soluzzjoni għas-sitwazzjonijiet li verament qed jaffettwaw u jinkwetaw lill-poplu Malti u Għawdxi, bħall-għoli tal-ħajja, in-nuqqas ta’ riżorsi fil-Korp tal-Pulizija u l-qrati, u s-sitwazzjoni diżastruża fis-settur tas-saħħa; b’diversi mediċini li jinsabu out-of-stock u nuqqas ta’ ħaddiema fl-isptarijiet b’detriment għal-pazjent.
Intant, bħalma issa saret prassi, il-Prim Minsitru reġa’ tefa’ t-tort fuq il-Qrati minħabba l-ittardjar f’ċerti każijiet u inkjesti.
Abela semma’ wkoll il-bżonn li tinbidel is-sistema elettorali; iżda ma qalx ma min qed jikkonsulta biex ħareġ b’din l-idea.
Hu għamel referenza għall-fatt li jistgħu jinbiddlu d-distretti, jew li saħansitra jinbidel il-mod kif ikunu iffurmati l-Kunsilli Lokali. Bil-kliem tiegħu…kważi jalludi għal xenarju fejn jonqsu l-ammont ta’ Kunsilli Lokali madwar Malta u Għawdex, jew inkella jonqsu l-ammont ta’ kunsillieri.
//= $special ?>