Futbol Sport

Sergio Ramos iħalli lil PSG

Id-difesnur Spanjol Sergio Ramos iddeċieda li jħalli lil PSG hekk kif mhuwiex beħsiebu li jestendi l-kuntratt tiegħu mal-klabb Franċiż u se jkun qiegħed disponibbli fuq is-suq tat-transferiment bla kuntratt.

Ramos ingħaqad ma’ PSG f’Lulju tal-2021 fejn lagħab total ta’ 44 partita u sab ix-xibka f’3 okkażjonijiet.

Huwa magħruf li bosta klabbs mill-kampjonat tal-Arabja Sawdija jinsabu interessati fl-ex captain ta’ Real Madrid.