Cameron Norrie għal darb’oħra ma rnexxielux jagħmilha mal-aħħar 16, hekk kif din id-darba tilef kontra l-plejer Taljan Lorenzo Musetti.
Norrie li huwa kklassifikat fl-ewwel post tal-klassifika tal-plejers Ingliżi tilef il-konfront tiegħu f’dan ir-rawnd għat-tielet sena konsekkutiva, bl-iskor finali jkun ta’ 6-1 6-2 6-4.
It-telfa ta’ Norrie tfisser li ma fadal l-ebda plejer Ingliż fil-kompetizzjoni.
Musetti se jilgħab kontra r-rebbieħ tal-konfront bejn Carlos Alcaraz u Denis Shapavalov.
//= $special ?>