Futbol Sport

Barcelona jirbħu l-UEFA Champions League tan-nisa

F’partita mill-isbaħ, Barcelona rebħu l-UEFA Champions League tan-nisa għat-tieni darba fl-istorja meta għelbu lil Wolfsburg 3-2. Kienu Wolfsburg fil-vantaġġ wara biss tliet minuti permezz ta’ Ewa Pajor. Wolfsburg irdoppjaw fis-37 minuta meta kienet Alexandra Popp li kkonkludiet fuq pass ta’ Ewa Pajor.

Ir-rimonta ta’ Barcelona bdiet fit-tieni taqsima, propja fit-48 minuta meta kienet Patricia Gutierrez li naqset l-iskor bl-istess player tagħmel l-iskor indaqs żewġ minuti wara. Barcelona marru fil-vantaġġ fis-70 minuta permezz ta’ Fridolina Rolfo biex b’hekk il-partita ntemmet bl-iskor finali ta’ 3-2.