Il-finali tal-FA Cup se tintlagħab illum fl-4:00pm f’Wembley Stadium bejn iż-żewġ timijiet minn Manchester.
Ic-citizens qed jimmiraw li jegħlbu t-tieni ostaklu tagħhom fil-vjaġġ tagħhom sabiex ikunu t-tieni t-tim Ingliż li jirbħu t-treble, wara l-avversarji tagħhom Manchester United. Ic-Citizens diġa rebħu l-ewwel tazza tagħhom fil-forma tal-Premier League meta temmew fl-ewwel post b’89 punt, b’distakk ta’ 5 punti fuq Arsenal fit-tieni post. F’każ li jirbħu dan il-konfront ikun jifdal l-aħħar konfront tagħhom tal-istaġun fil-finali tal-UEFA Champions League kontra Inter fl-10 ta’ Ġunju fid-9:00pm fil-Ataruk Olympic Stadium f’Istanbul sabiex jirbħu dawn it-tlett tazzi prestiġjużi.
Fil-kamp l-ieħor, ir-Red Devils qed ifittxu li jegħlbu lir-rivali tagħhomu jżommu l-unur ta’ l-unika skwadra Ingliża li rebħet it-treble, b’dan l-unur jasal fl-istaġun tal-1998-1999.
Barra minnhekk ir-Red Devils għandhom l-opportunita’ li jirbħu t-tieni tazza tagħhom dan l-istaġun hekk kif iktar kmieni dis-sena rebħu l-EFL League Cup kontra Newcastle United bl-iskor ta’ 2-0.
//= $special ?>