Lokali

GĦADA: Maratona ġbir ta’ fondi organizzata mill-PN

Kollox jinsab lest għall-maratona ġbir ta’ fondi li se tkun organizzata għada l-Ħadd mill-Partit Nazzjonalista – maratona li se tgħin biex jinġabru iktar fondi sabiex il-Partit ikun jista’ jkompli jwassal il-messaġġ tiegħu b’mod effettiv.

Din il-maratona li se tixxandar kemm fuq Net TV kif ukoll fuq Net FM, ser tibda fl-2pm, u tibqa’ sejra sal-11pm, b’bosta intervisti, u divertiment għall-familji Maltin u Għawdxin – bl-għan li l-PN jkompli jissaħħaħ sabiex ikun il-forza politika u l-vuċi taz-żgħir għaliex f’dan il-pajjiż hemm bzonn forza politika b’saħħitha li żżomm lill-Gvern kontabbli.

Il-linji tad-donazzjonijiet huma diġa’ miftuħin.

Għin lill-Partit Nazzjonalista fil-Maratona Ġbir ta’ Fondi.

📞 51602003 – €10

📞 51802011 – €25

📞 51902050 – €50

SMS 50618928 – €6.99

Pledge Line – 25965224

📱 BOV Mobile App 77105905