Colin Schembri
Lussembrugu…..75
Malta………………69
(23-22)(17-15)(14-21)(21-11)
Run qawwija ta’ 15-2 fil-ftuħ tal-aħħar taqsima kienet deċisiva fis-semifinali tan-nisa bejn Malta u Lussemburgu biex se jkunu dawn tal-aħħar li sejilgħabu fil-finali kontra Montenegro. Malta tilgħab kontra Ċipru fil-finali għat-tielet post, li għal dak li wrew il-players Maltin żgur li hija mistħoqqa.
Il-partita fetħet bil-punti jiġu b’mod regolari fuq iż-żewġ naħat tant li sar-raba’ minuta żewġ free-throws ta’Amber Melgoza poġġew lil Malta 7-6 minn fuq. Lussemburgu wieġbu bi trippla ta’ Simon però punti minn Steffi De Martino u Melgoza ħallew lil Maltin fuq quddiem. Lussemburgu kellhom mument posittiv bi tmien punti konsekuttivi fosthom trippli minn Geniets u Cahill però sensiela ta’ free-throws minn Amelia Simmons u Nicola Handreck flimkien ma’ trippla ta’Melgoza żammew lil Maltin viċin tant li sa tmiem l-ewwel taqsima, il-vantaġġ ta’ Lussemburgu kien ta’punt wieħed 23-22. It-tieni sessjoni fetħet bil-punti ta’De Martino u Handreck però t-trippli ta’ Lussemburgukienu ta theddida kontinwa tant li tnejn konsekuttivi fi spazju ta’ ftit sekondi reġgħu poġġewhom fuq quddiem. Ashleigh Van Vliet u Melgoza komplew iżommu lit-team Malti viċin però punti minn Etute u Cahill raw lil Lussemburgu jiftħu vantaġġ ta’ seba’punti 40-33. Fl-aħħar nofs minuta l-Maltin naqqsu d-distakk permezz ta’ Melgoza u Josephine Diaby għal skor ta’ 40-37.
Il-Maltin fetħu l-aħjar fit-tielet taqsima permezz ta’Simmons u De Martino biex reġgħu marru minn fuq. Wara li trippla ta’ Simon poġġiet lil Lussemburgu fuq quddiem wasal mument mill-aqwa mill-Maltin b’żewġ trippli wara xulxin minn De Martino biex ħadna l-akbar vantaġġ fil-partita 53-45. Wara żewġ free-throws żbaljati mill-Maltin, Lussemburgu approfitaw għax bi trippla u punti minn Simon u Etute reġgħu waslu sa’punt ‘l bogħod 54-55. Azzjoni ta’ tlett punti minn Simmons fl-aħħar sekonda rat lil Maltin itemmu s-sessjoni fuq quddiem 58-54. Il-bidu tal-aħħar sessjoni kien doċċa kiesħa għal Malta għaliex Lussemburgugħamlu run ta’ 15-2 fosthom żewġ trippli minn Vujakovic u l-punti ta’ Etute u Coulon biex marru 9 minn fuq 69-60. Il-Maltin ppruvaw jirkupraw permezz ta’ De Martino u Diaby però Coulon u Vujanovic reġgħu waqqfulna r-ritmu biex Lussemburgu għalqu l-partita bil-punti ta’ Cahill u ħarġu rebbieħa 75-69.
Lussemburgu: Mandy Geniets 3, Jo Oly 2, Anne Simon 18, Magaly Meynadier, Charlie Bidinger, Kyra Coulon 9, Cathrin Wolff 2, Julija Vujakovic 12, Liz Irthum, Amanda Cahill 12, Esmeralda Skrijelj, Ehis Etute 17.
Malta: Amber Melgoza 23, Kristy Galea, Mikela Riolo, Ylenia Bonett, Nicola Handreck 3, Steffi De Martino18, Ashleigh Van Vleit 4, Sophie Abela, Jessica Azzopardi, Amelia Simmons 12, Josephine Diaby 9, Danika Galea.
//= $special ?>