GSSE Malta 2023 Sport

GSSE Malta 2023 | Malta tiddomina l-kompetizzjonijiet kollha tal-Ibburdjar bir-rebħ ta’ 13-il midalja, tlieta minnhom deheb

Ibburdjar

Suċċess għal Malta fl-Ibburdjar fl-aħħar ġurnata tad-19-il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li qed isiru f’pajjiżna, bir-rebħ ta’ 13-il midalja, li tlieta minnhom huma tad-deheb.

Il-baħħara Maltin Timmy Vassallo, Emily Fenech, u Katrina Micallef rebħu d-deheb f’tliet kategoriji differenti. Vassallo rebaħ id-deheb fil-kategorija Optimist Irġiel R9. Fenech temmet l-ewwel u rebħet id-deheb fil-kategorija Optimist Nisa R9. Micallef rebħet id-deheb meta ġiet l-ewwel fil-kategorija ILCA4 Nisa R8.

Il-bqija tal-midalji l-oħra ta’ Malta fl-Ibburdjar kienu erbgħa fidda (Jonas Micallef, Aleksandra(aka Sasha) Nagrudnaya, Jake Mallia u Lacey Aquilina u sitta bronz (Matthias Spiteri, Katrina Briffa, Benjamin Vassallo, Mia Busuttil, Michela Mifsud u Alexander Denisiuc.