Aktar suċċessi u rebħ tal-midalji tad-deheb għal Malta fit-Tennis. Fl-aħħar ġurnata tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, Malta rebħet id-deheb fid-doubles tal-Irġiel meta l-koppja Maltija, Matthew Asciak u Matija Pecotić rebħu lill-koppja Ċiprijotta Kyratzis u Neos 6-1, 6-4.
Aktar qabel f’din l-istess ġurnata, Malta tilfet il-finali tas-singles tan-nisa, meta Victoria Jimenez Kasintseva t’Andorra għelbet lill-Maltija, Francesca Curmi 6-2, 6-4 biex rebħet id-deheb, b’Curmi tirbaħ il-fidda.
//= $special ?>