Lokali Sport

Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lill-kontinġent Malti

Il-Partit Nazzjonalista feraħ lill-atleti kollha għall-prestazzjoni mill-aqwa li urew fl-aħħar ġimgħa tul il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar.

Apprezzament ukoll lill-assoċjazzjonijiet rispettivi, diriġenti u kowċis.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fl-aħħar jiem kellu l-opportunità li jawgura lil numru ta’ atleti wiċċ imb’wiċċ, dan filwaqt li permezz ta’ post fuq il-midja soċjali rringrazzja lill-atleti Maltin kollha tal-prestazzjonijiet li wettqu f’din il-kompetizzjoni.

Il-Partit Nazzjonalista jemmen li r-rebħiet li għexna bħala nazzjon fl-aħħar jiem għandhom isarrfu f’aktar inċentivi u investiment lill-atleti u fil-faċilitajiet ta’ kull sport biex Malta tkompli tikseb aktar suċċessi.