Futbol Sport

Inter jaċċertaw mit-tielet post

Inter aċċertaw mit-tielet post meta fl-aħħar logħba tal-Kampjonat barra minn darhom għelbu lil Torino 1-0. Il-gowl li ddeċieda l-konfront wasal fis-37 minuta permezz ta’ Marcelo Borzovic. Intant Inter nhar is-Sibt ikunu mpenjati fil-finali tal-UEFA Champions League meta jilagħbu kontra Manchester City.

Lazio wkoll temmew b’rebħa meta barra minn darhom għand Empoli bl-iskor ta’ 2-0. Lazio fil-vantaġġ fit-48 minuta permezz ta’ Alessio Romagnoli, b’Empoli jtemmu jilagħbu b’għaxar players meta tkeċċa Nicolo Cambiaghi. Lejn it-tmiem it-tim ta’ Maurizio Sarri għamilhom 2-0 b’gowl ta’ Luis Alberto

Cremonese temmew l-istaġun tagħhom fis-Serie A b’rebħa ta’ 2-0 fuq Salernitana L-ewwel gowl wasal wara 25 minuta permezz ta’ penalty ta’ Cristian Buonaiuto, bit-tieni gowl f’din il-partita jasal fit-88 minuta permezz ta’ Frank Tsadjout..