Lokali

Issofri minn ġrieħi wara li vettura daħlet fi tliet karozzi pparkjati

Ritratt: Arkivji

Mara ta’ 86 sena qed issofri minn xi ġrieħi wara li vettura baqgħet dieħla f’karozza pparkjata għall-ħabta tas-2pm fi Triq Baħar iċ-Ċagħaq, in-Naxxar.

Għal xi raġuni, raġel ta’ 49 sena minn Marsaskala tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq u baqa’ dieħel fi tliet karozzi pparkjati.

Fl-ewwel karozza kien hemm passiġġier raġel ta’ 46 sena, ukoll minn Marsaskala.

F’waħda mit-tliet karozzi pparkjati kien hemm żewġ persuni, raġel ta’ 63 sena mill-Ħamrun u l-mara ta’ 86 sena minn San Ġwann.

Fil-post issejjaħ tim mediku b’ambulanza li wara li taw l-ewwel għajnuna, il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Il-kundizzjoni tagħha għadha pendenti.