L-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel tefat dawl fuq is-sitwazzjoni inkwetanti li għaddejijn minnha diversi infermieri li jaħdmu f’numru ta’ swali f’Mater Dei bil-lejl.
Dan hekk kif fl-istqarrija maħruġa mill-MUMN, l-infermiera allegatament qegħdin jiġu mhedda b’azzjoni legali minn Joe Darmanin u Michael Buttigieg – żewġ night managers.
Sar magħruf li numru ta’ infermieri qegħdin kontinwament jirċievu t-theddid sempliċiment għax jimxu mad-direttiva tal-constant watch. Ġie spjegat ukoll li ċerti swali diġà kellhom tliet infermieri constant watch iżda xorta waħda rċevew theddid minn dawn il-night managers.
L-MUMN insistiet li t-theddid ta’ azzjoni legali fil-konfront tal-infermieri juri biċ-ċar li Joe Darmanin u Michael Buttigieg m’humiex denji sabiex imexxu sala … wisq iżjed sptar bħal Mater Dei.
L-MUMN saħqet li managers oħrajn li huma mħarrġa u professjonali, jagħmlu xogħolhom kif sippost mingħajr theddid u insulti. Filfatt l-MUMN qatt ma rċieviet ilmenti meta managers oħra – li mhumiex Darmanin u Buttigieg ikunu xogħol.
Għal dan l-aġir li huwa inaċċetabbli … ħarġet direttiva lill-infermiera kollha ta’ Mater Dei li meta dawn iż-żewġ managers ikunu xogħol, l-infermiera għandhom jinjoraw kompletamanet l-ordnijiet tagħhom u ma jirrispondu għal ebda istruzzjoni minn dawn il-managers.
L-MUMN qalet li lesta tissospendi d-direttiva tagħha meta t-tmexxija tal-Isptar Mater Dei tieħu azzjoni dixxiplinarja fil-konfront ta’ dawn iż-żewġ night managers.
//= $special ?>