Futbol Sport

Manchester City jirbħu l-FA Cup u jinsabu pass bogħod mit-treble

F’Wembley Stadium, ic-champions tal-Ingilterra Manchester City rebħu l-FA Cup bl-iskor ta’ 2-1 fuq Manchester United u b’hekk nhar is-Sibt li ġej f’Istanbul, jekk jegħlbu lil Inter ikunu rebħu t-treble dan l-istaġun.

Bidu perfett għat-tim ta’ Pep Guardiola hekk kif wara 13-il sekonda xutt mill-isbaħ tal-captain Ikay Gundogan għeleb għal kollox lil David de Gea. Manchester United daħlu fil-partita fit-33 minuta meta ngħataw penalty wara li Jack Grealish mess il-ballun b’idu fil-kaxxa. Minn ħdax-il metru, Bruno Fernandes ma żbaljax.

Manchester City fil-vantaġġ fil-51 minuta, meta għal darb’oħra kien Gundogan li b’konklużjoni minn barra l-kaxxa għamel l-iskor 2-1.