Formula 1 Sport

Max Verstappen fuq quddiem wara sessjoni ta’ kwalifikazzjoni drammatika

Is-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen se jkun għal darb’oħra jibda fuq quddiem nett fil-Grand Prix ta’ Barcelona wara sessjoni ta’ kwalifikazzjoni drammatika. Iż-żewġ sewwieqa ta’ Mercedes kienu nvoluti f’inċident bejniethom wara li George Russell deher jidħol f’sieħbu fit-tim Lewis Hamilton.

Minkejja dan Hamilton xorta rnexxielu jagħmilha sal-aħħar sessjoni fejn se jkun qed jibda mill-ħames post. Intant is-sewwieq ta’ Ferrari Carlos Sainz se jibda mit-tieni post filwaqt li Lando Norris se jkun qed jitlaq mit-tielet post. Lewis Hamitlon se jibda mir-raba’ post filwaqt li Lance Stroll se jibda mill-ħames post

Esteban Ocon se jibda mis-sitt pożizzjoni, b’Nico Hulkenberg jibda mis-seba’ post. Fernando Alonso u Oscar Piastri se jibdew mit-tmien u d-disa’ post rispettivament filwaqt li Pierre Gasly se jibda mill-10 post.