Futbol Sport

RB Leipzig jirbħu d-DFB Pokal

RB Leipzig rebħu d-DFB Pokal meta fil-finali ta’ din il-kompetizzjoni għelbu lil Eintracht Frankfurt 2-0 biex b’hekk rebħu dan l-unur għat-tieni staġun konsekuttiv.

Il-partita żvolġiet fl-aħħar 20 minuta, meta Leipzig marru fil-vantaġġ permezz ta’ Christopher Nkunku li din kienet l-aħħar partita tiegħu mal-klabb hekk kif mistenni jissieħeb ma’ Chelsea. Dominik Szoboszlai, għamilhom 2-0 fil-85 minuta bir-riżultat li bih ntemmet il-partita.