Lokali

Sewwieq ta’ karozza jsofri minn ġrieħi gravi wara ħabta f’Ħal Tarxien

Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart seħħet ħabta bejn żewġ vetturi fi Triq Tal-Barrani, Ħal Tarxien.

L-inċident seħħ bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti Ħaż-Żabbar u karozza oħra misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti s-Siġġiewi.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 32 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.