Lokali

Taqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs f’għalqa wara li tilfet il-kontroll tal-vettura

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-8:15pm sewwieqa tilfet il-kontroll tal-karozza li kienet qed issuq b’riżultat li spiċċat waqgħet f’għalqa madwar sular u nofs għoli fi Triq ta’ L-Infetti, l-Imdina.

Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 23 sena residenti Ħal Tarxien u passiġġier magħha kien hemm Franċiż ta’ 22 sena residenti Marsaskala.

Fil-post ġew imsejħa l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu. Ambulanza ħadet lir-raġel u l-mara l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa, fejn hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi ta’ natura ħafifa filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.