Rapporti fil-midja internazzjonali qed jindikaw li Zlatan Ibrahimovic, se jkun qed iħalli lil Milan fi tmiem l-istaġun bil-kuntratt tiegħu jiskadi f’Ġunju.
Ibrahimovic tilef numru ta’ partiti matul dan l-istaġun minħabba injuries, u filfatt se jkun qed jitlef l-aħħar partita ta’ għada minħabba injury oħra. L-attakkant ta’ 41 sena rritorna ma’ Milan fl-2020, fejn għenhom jirritorna fil-UEFA Champions League u anke għenhom sabiex jirbħu s-Serie A wara numru ta’ snin.
Fit-tieni esperjenza tiegħu ma’ Milan, Ibrahimovic lagħab 64 partita fejn skorja 34 gowl.
//= $special ?>