Lokali

ADPD tfaħħar u tawgura lill-atleti Maltin għall-prestazzjoni tagħhom

Iċ-Chairperson ta’ ADPD, Sandra Gauci faħħret il-prestazzjoni tal-atleti u l-isportivi kollha li ħadu sehem fil-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar tal-Ewropa. Ninnotaw b’sodisfazzjon l-unuri li Malta kisbet f’din il-manifestazzjoni internazzjonali bl-akbar numru ta’ medalji.

“Id-dixxiplina u d-dedikazzjoni taw il-frott tant mixtieq. Aħna ta’ ADPD – The Green Party nawgurawlkom li jkollkom aktar suċċessi! Dan juri li avolja aħna żgħar is-suċċessi jistgħu jkunu kbar jekk ikun hemm ir-rieda, l-preparazzjoni u d-determinazzjoni” temmet tgħid Gauci.