Lokali

€215,772 miġbura fil-maratona b’risq il-Partit Nazzjonalista

€215,772 – Din kienet iċ-ċifra finali tal-Maratona Ġbir ta’ Fondi li b’risq il-Partit Nazzjonalista tul il-Jum tal-Ħadd … fondi li nġabru b’risq il-ħidma li qed iwettaq il-Partit ħalli jissaħħu r-riżorsi u l-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jasal għand kulħadd.

Mat-tħabbira ta’ din iċ-ċifra l-Kap tal-PN Bernard Grech esprima s-sodisfazzjoni tiegħu, filwaqt li rringrazzja lil kulħadd li għen biex il-vuċi tal-PN tissaħħaħ.

Matul il-Maratona tal-Ħadd ipparteċipaw ukoll diversi attivisti tal-Partit Nazzjonalista, kif ukoll Deputati u Kandidati għall-elezzjoni ġenerali f’isem il-Partit.