Basketball GSSE Malta 2023 Sport

GSSE Malta 2023 – Basketball Nisa: It-team Malti jispiċċa fir-raba’ post u Montengro jirbħu d-deheb.

(Ritratt: Stephen Christopher Vella)

Colin Schembri

Malta…….77

Ċipru……..87

(16-21)(23-16)(19-26)(19-24)

L-avventura tat-team Nazzjonali Malti tan-nisa spiċċat b’telfa kontra Ċipru biex Malta temmet il-kompetizzjoni fir-raba’ post tal-klassifika. Fattur importanti fir-rebħa Ciprijotta kien l-ammont ta’ free-throws li kellhom, total ta’ 35 li minnhom għamlu 28. Il-player Cassidy Mihalko kienet ta’ theddida kontinwa fejn spiċċat b’total ta’ 27 punt. Għat-team Malti l-player Amber Melgoza spiċċat bi 32 punt u 12 –il rebound u kien hemm ukoll 8 rebounds għal Ashleigh Van Vliet.

Kienu Ċipru li għamlu l-ewwel erba’ punti tal-partita bit-team Malti jirrispondi b’sitt punti mingħajr risposta minn Jessica Azzopardi u Amelia Simmons. Ċipru wieġbu bi break ta’ 8-2 fosthom l-ewwel trippla ta’ Mihalko però  l-Maltin ġew lura grazzi għat-trippli minn Amelia Simmons u Melgoza. Sa’ tmiem is-sessjoni, Ċipru reġgħu ħadu l-vantaġġ b’aktar punti minn Mihalko u trippla ta’ Pangalos għal skor ta’ 21-16. Fit-tieni perjodu Ċipru bdew ikabbru l-vantaġġ tagħhom bil-punti ta’ Orlovic u Mihako u fir-raba’ minuta marru 10 minn fuq 33-23. It-team Malti wettaq rimonta bil-punti ta’ Melgiza u Josephine Diaby biex id-distakk niżel għal punt wieħed 34-35.  Fl-aħħar 37 sekonda, Malta kisbu 5 punti fosthom trippla ta’ Van Vliet biex dħalna nistrieħu minn fuq 39-37.

Wara l-intervall, Ċipru ħarġu agressivi speċjalmet bil-punti ta’ Orlovic u u trippla ta’ Mihalko. Għal darb’oħra kien hemm risposta mit-team Malti permezz ta’ Van Vliet, Simmons u Melgoza għal distakk ta’ basket 55-57. Ċipru reġgħu għamlu run ta’ 6-0 però Melgoza ġibdet trippla lura fl-aħħar attakk għal skor ta’ 63-58 favur Ċipru. L-aħħar taqsima fetħet bit-team ta’ Ċipru jagħmlu run ta’ 10-2 u minkejja li kien għad fadal il-ħin il-Maltin dehru demoralliżati. Azzopardi u Melgoza ġabu żewġ baskets lura però Akathiotou u Mihalko komlew jirrispondu għal Ċipru li baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem biex aċċertraw ruħhom mir-rebħa u l-midalja tal-bronż.

Malta: Amber Melgoza 32, Kristy Galea, Mikela Riolo, Ylenia Bonett 2, Nicola Handreck, Steffi De Martino 9, Ashleigh Van Vleit 9, Sophie Abela, Jessica Azzopardi 6, Amelia Simmons 9, Josephine Diaby 8, Danika Galea 2.

Ċipru: Veatriki Akathiotou 18, Stefania Georgiou, Stilyana Chenaklieva 6, Eleni Pilakouta 9, Andriana Kasapi 2, Marissa Pangalos 9, Tijana Raca, Petra Orlovic 16, Rafaelia Kasini, Cassidy Mihalko 27, Sofia Stylianidi, Ioanna Kyprianou.