Lokali

“Il-Partit Nazzjonalista jwiegħed irġulija u ġenwinità” – Bernard Grech

F’intervista li saritlu waqt il-Maratona, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li ta’ kuljum jiltaqa’ ma’ nies li huma rrabjati għall-Gvern Laburista.. għall-mod kif abbanduna ħafna nies li jinsabu f’diffikultà u abbanduna l-kwalità tal-ħajja ta’ pajjiżna.

Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonlita se jibqa’ jaħdem favur il-poplu Malti u Għawdxi kollu u jwiegħed irġulija u ġenwinità.

Il-Kap tal-PN qal li l-għoli tal-ħajja qed tolqot anke lil dawk li għandhom paga raġjonevoli. Fejn il-Partit Nazzjonalista jrid li l-persuni jgħixu ħajja dinjituża fejn ikunu jistgħu jagħmlu anke ċerti kapriċċi. Iżda sfortunatmanet ħafna qas biss qed ilaħħqu sal-aħħar tax-xahar.

Quddiem dan kollu l-Partit Nazzjonalsita għandu proposti konkreti fosthom ta’ fond nazzjonali għal min jesporta u jimporta minn pajjiżna, kif ukoll li ma tkunx intaxxata l-COLA.

Dwar id-deal skandaluż tat-tliet sptarijiet, Bernard Grech qal li  iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed joħroġ fid-deher kemm hemm nies involuti f’dan is-serq minn ħalq il-poplu Malti u Għawdxi.

Quddiem dan kollu l-Partit Nazzjonalista għandu anke proposti konkreti għal dan is-settur tas-saħħa. Partit Nazzjonalista huwa kommess li jibni sptar ġdid f’Għawdex, se jsiru iktar servizzi fil-komunità anke fejn tidħol is-saħħa mentali. Se jkun qed jibni sptar mentali ġdid fl-inħawi ta’ Mater Dei u jara li dejjem ikun hemm il-mediċini li għandhom bżonn il-pazjenti.

Dwar is-settur ambjentali, Bernard Grech qal li l-PN għandu pjan fejn l-ambjent jingħata prijorità assoluta. Fejn irid li l-għaqdiet u ċ-ċittadini jkollhom id-dritt li jkunu jistgħu jagħmlu azzjoni legali biex jiddefendu d-dritt ta’ ambjent b’saħħtu.